Il-Mellieħa hija waħda mill-isbaħ destinazzjonijiet turistiċi fuq il-gżira, u hija sabiħa tul is-sena kollha. L-isem ta’ dan il-villaġġ ġej mill-kelma ‘melħ’ u dan għax huwa viċin tal-baħar. Fil-Mellieħa ssib bosta bajjiet bir-ramel, kumplessi turistiċi, pajsaġġi naturali uniċi u għadd ta’ lukandi, boutique hotels, hostels, ristoranti u kafetteriji. Il-bajjiet ramlija tal-Għadira u l-Bajja tal-Mixquqa (Golden Bay) ingħataw l-istatus tal-Bandiera l-Blu. Fil-Mellieħa hemm ukoll għadd ta’ postijiet interessanti b’għażla ta’ attrazzjonijiet li jolqtu kemm gruppi ta’ nies kif ukoll għal min ikun qed jiskopri l-Mellieħa waħdu. Il-lokalità tal-Mellieħa ngħatat il-mertu tad-Destinazzjoni Ewropea ta’ Eċċellenza mill-Kummissjoni Ewropea. ㅤ