Il-lokal magħref bħala Selmun kien propjeta ta’ istituzzjoni karitattiva li jisimha “ Monte della Redenzione degli Schiavi” li kienet tifdi skjavi kristjani miżmumin mill Pirati u l-Misilmin. L-istess istituzzjoni kienet bniet il-Palazz Ta` Selmun biex dan jinkera, u bil-flus ġġenerati mill-kirjiet kienet tkun tista tifdi aktar skjavi nsara. Fi ħdan il-palazz kien hemm knisja zgħira ddedikata lil Madonna tal-Fidwa. Minħabba li il-palazz ġie mgħoddi biex jagħmel parti minn lukanda, kienet nbniet knisja ġdida fil-lokal.
Il-knisja l-ġdida nbniet fl-1982 u ġiet miftuha uffiċjalment f`Dicembru tal-istess sena. Għalkemm hija binja moderna, il-knisja preżenti li taqdi il-bżonnijiet spiritwali tal- kommunita għada tippossjedi pittura tas-seklu tmintax, xogħol tal-artist Franċiż, Antoine Favray. Turi lil benefattriċi, Caterina Vitale, tippreżenta att għall-artijiet ta’ Selmun lill- Ordni, rrapreżentata minn figura femminili. Figuri oħra qegħdin jesprimu gratitudni lejn Vitale għall-generożita tagħha. Il-parti ta’ fuq tal-pittura hija ddominata mill-figura tal-Madonna tal-Fidwa, San Ġwann il-Battista u għadd ta’ kerubini.