Ir-Riserva Naturali tal-Għadira hija riserva li tinsab fil-grigal ta’ Malta. Il-lokazzjoni tagħha hija biswit it-triq prinċipali tal-bajja tal-Mellieħa, ġo baċin mibni fuq iż-żewg naħat ftit kilometri il-bogħod mil-lokal tal-Mellieħa.
Ir-Riserva Naturali giet nominata bħala l-ewwel riserva tax-xorta tagħha f`Malta fl- 2001. Din iż-żona hija madwar 7 ettari u fija banjijiet tal-melħ, kif ukoll żona bl-ilma ħelu. Il-banjijiet tal-melħ huma mxarrbin is-sena kollha, iżda fis-sajf, meta jkun hemm ftit jew xejn xita f`Malta, is-salinita fl-ilma tizdied.
Mill-banda l-ohra, din il-faċilita tintuza għall protezzjoni u studju tal-għasafar u pjanti, kif ukoll għall edukazzjoni ambjentali tat-tfal tal-iskola. Ir-Riserva hija aċċessibli waqt żjarat ggwidati mal-mgħodijiet minn Novembru sa Mejju. Minħabba il-lokazzjoni sfavorevoli, iż-żona hija suġġetta għall pressjoni mir- residenti lokali. Atti ta’ vandaliżmu jseħħu spiss. Tabilħaqq, l-art sensittiva u mxarrba hija mniġġsa b`idrokarburi jew il-veġetazzjoni tkun meqruda.
Fl-2007 kienu jeżistu mal-232 speċi ta’ pjanti fl-Għadira. Saru attentati biex jerġaw jiġu ntrodotti pjanti li huma rari hafna f`Malta, u li kienu preżenti fl-Għadira, li pero ġew meqruda mill-żvilupp tal-kostruzzjoni tat-triq kostali u il-qerda tad-duni.
154 speci ta’ għasafar ġew osservati fl-2007, għaxra minnhom kienu qed jitrabbew lokalment u 72 gew mlibbsa ċrieket. Malta huwa post ta’ mistrieh fuq ir-rotta centrali għall għasafar migratorji fil Mediterran. Barra min hekk, fejn hu possibli il prezenza ta speci ohra ta annimali hija mmonitorata, din tinkludi vertebrati u invertebrati faċilment indentifikati.
you're currently offline