It-Torri tal-Aħrax, magħruf ukoll bhala it-Torri L-Abjad huwa torri żgħir li jħares fuq il-bajja tal-Armier f`Malta, kien mibni fl-1658 fuq art magħrufa bhala l-Ahrax tal- Mellieħa. Fl-1715, batterijja tal-artillerija magħrufa bħala “Batteria della Harach” ġiet mibnija mad-dawra tiegħu, din il-batterijja għada hemm sal-llum. It-torri reġa ġie miftuh għal publiku f`Ġunju 2021 wara 3 snin ta xogħol restawratorju. It-torri huwa l-aktar fortifikazzjoni li tinsab fit-trammuntana f`Malta.
L-istruttura tat-torri hija simili ta’ dawk mibninjin minn De Redin, bil-bażi tiegħu kwadra u mibni fuq żewg pjani. Madankollu it-Torri tal-Aħrax huwa kemxejn akbar mill-maġġoranza tal-oħrajn. Maġenb it-Torri gie mibni bir li jservi il bżonnijiet tal-militar stazzjonat fit-Torri.
It-Torri tal-Aħrax kien mgħammar b`kanuni tal-bronż, azzarini, roti tal-kanuni u hażniet ta’ balal tal-kanuni kif ukoll porvli, meta ġie spezzjonat fl-1743. Tletin sena wara il-batterija ġiet armata b`għaxar kanuni tal-hadid b`700 balal tal kanuni u 150 rawnd ta porvli.
Fis-seklu dsatax, it-Torri kien użat bħala stazzjon Navali mill-Brittaniċi. Kien jintuża ukoll bħala residenza tas-sajf mill-Gvernatur. Wara it-tieni gwerra dinjija kien spiċċa għand il-privat, biss wara kien ġie abbandunat.
Illum l-inħawi madwar it-Torri jinsabu miksija bil-konkrit u il-pedamenti ta’ wħud mill-ħitan tal-batterija qatt ma ġew mħaffra. It-Torri tal-Aħrax tant ġie mibdul matul iż-żmien li huwa diffiċli li wieħed jkun jista jiddistingwi il-partijiet oriġinali minn dawk li ġew miżjuda wara. Fl-2009 it-Torri ġie mgħoddi lil Kunsill lokali tal-Mellieħa.
Fl-2016 it-Torri ngħata f`idejn l-għaqda ta’ wirt kulturali Din l-art helwa għal perjodu ta’ għaxar snin. L-iskop ta’ dan il-ftehim huwa sabiex din l-għaqda tieħu hsib il-konservazzjoni, ristorazzjoni kif ukoll ir-rijabilitazzjoni ta’ dan is-sit.



you're currently offline