Search

The Sanctuary & Museum of our Lady in Mellieħa

MALTA – HISTORY

Visual Tour

Virtual Tour

Location

Read About

The Sanctuary & Museum of our Lady in Mellieħa

Misjuba fil-villagg tal-Mellieha, l-Istatwa tal-Madonna tal-Mellieha hija l-eqdem statwa f’Malta fi Knisja mibnija fuq sit ta’ ghar tradizjonalment marbut mal bidu tal-kristjanezimu f’Malta. Il-binja eżistenti nbniet bejn is-seklu sittax u tminatax u tikkonsisti parti mil-għar li fuqu giet mibnija l-knisja. Giet viżitata min diversi personalitajiet fosthom Rejiet u Sqallin, minn bosta kavallieri rinomati, kif wkoll mil-Papa Pawlu II. Msemmija f’dokument tal-1436 mil-Isqof Senatore de Mello hija rikonoxxuta bhala l-ewwel knisja parokjali f’Malta.

Skond it-tradizzjoni, l-għar kien originarjament post ta’ adorazzjoni iżda saret sit kristjan wara in-nawfragju ta’ San Pawl fis- 60 AD. Jinghad li San Luqa li kien ma San Pawl pinġa affresk tal-Vergni Maria fl-Għar. Mis-seklu sittax l-knisja ma baqghetx knisja parokkjali indipendenti billi giet assorbita fil-knisja parokkjali tan-Naxxar. Fi zmien tal-assjedu l-kbir, jinghad li l-knisja giet viżitata min Don Garcia de Toledo l-kap tal-forzi liberatorji li temmew l-assedju. F`Lulju tal-1614, il-knisja giet misruqa waqt mill-Ottomani, u l-affresk ewlieni kif ukoll xi statwi saritilhom il-ħsara. Huwa mifhum li Il-Granmastru Alof de Wignacourt żar il knisja regolarment u id-devozzjoni lejn ix-xbieha żdiedet sostanzjalment.

Il-knisja ġiet mkabbra min-negozjant Sqalli tal-nbid u rrangata fl-1747. Huwa mifhum li wara li rkupra min marda, il-Granmastru Ramon Perellos kien ukoll żar ix-xbijha. Il-Mellieha ġiet mill-gdid stabilita bħala paroċċa fl-1844, u knisja parrokjali ġdida dedikata lil Madonna tan-Nattivita giet mibnijja lejn l-aħħar tas-seklu dsatax. Kien organizzat pellegrinaġġ fi zmien l-epidemija tal-kolera fl-1888, kif ukoll pellegrinaġġ nazzjonali fl-1949. Waqt il-miġġja tiegħu f`Malta il-Papa Ġwanni Pawlu II zar u bierek ix-xbijha fl-1990.

ㅤ ㅤ

ㅤ ㅤ

ㅤ ㅤ

ㅤ ㅤ

you're currently offline