Search

Il-Knisja Parrokkjali tal-Mellieħa

Malta – Mellieħa

Visual Tour

Virtual Tour

Location

Read About

Il-Knisja Parrokkjali tal-Mellieħa

Minħabba l-popolazzjoni li dejjem qed tiżdied fil-Mellieħa, kien meħtieġ li tinbena knisja parrokkjali akbar. Wara li akkwistat biċċa art, qrib is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa, bdiet tinbena l-knisja l-ġdida, u wara 14-il sena tlestiet fl-1897. Il-parruċċani ħadu ħsieb li jkomplu jkunu ġenerużi lejn il-knisja l-ġdida tagħhom. Il-pitturi tal-artal maġġur u l-artali tal-ġenb huma xogħlijiet tal-aqwa artisti Maltin tal-bidu tas-seklu 20,jiġifieri; Giuseppe Cali, Lazzaro Pisani u Gianni Vella fost l-oħrajn.

Il-parroċċa hija ddedikata lit-Twelid tal-Madonna, magħrufa wkoll bħala l-Madonna tal- Vitorja. Il-pittura titulari turi r-rebħa tal-Maltin u l-Kavallieri ta’ San Ġwann kontra t-truppi Ottomani invażuri fl-1565. Il-pitturi juru kavallier li jirċievi fronda tal-palm mingħand anġlu, bħala simbolu tal-martirju. Il-parti ta’ fuq tal-pittura turi Marija żagħżugħa bilqiegħda fuq ħoġor Sant’ Anna, li hija akkumpanjata minn San Ġwakkin.

Il-faċċata tal-knisja hija ddominata minn żewġ spires imżejna. Wieħed jista’ jinnota numru ta’ statwi fil-parti ta’ fuq tal-faċċata. Żewġ statwi oħra tal-ġebel iġenb l-istatwa prinċipali ta’ Kristu Re, li tiddomina l-faċċata. Il-kampnari huma wkoll imżejna bi statwi. Il-festa tiġi ċċelebrata fit-8 ta’ Settembru, li hija wkoll Festa Nazzjonali f’Malta. L-istatwa titulari tal- injam tal-Madonna hija xogħol ta’ skultur Malti tas-seklu 19. ㅤㅤㅤ

you're currently offline