Search

It-Torri l-Aħmar

Malta – History

Visual Tour

Virtual Tour

Location

Read About

It-Torri l-Aħmar

It-torri ta’ Sant Agata huwa torri tal-għassa kbir li jinsab ġewwa il-Mellieħa, li kien nbena bejn 1647 u 1649. ㅤ Id-disinn ta’ dan it-torri huwa kompletament differenti mit-torrijiet ta’ Lascaris, iżda huwa simili għall dawk ta Wignacourt. It-torri ta’ Sant Agata huwa l-ahhar torri ta’ difiża li nbena f`Malta.

L-struttura tat-torri hija waħda kwadra li tinkludi erba torrijiet fil-kantunieri. It-turretti tal-idranti tan-nar għandhom partijiet li jipproteġu minn nar mill-bażi tal- ħitan u il-kanċell, b`idranti ta’ kontra in-nar kbar quddiem it-torri ewlieni. Il-ħitan ta’ barra għandhom ħxuna ta’ madwar erba metri u minn naħa ta’ ġewwa it-torri għandu saqaf vaulted. Il-kantunieri tat-torrijiet huma msaqqfa b’disinji militari.

It-torri jinsab fuq il-linja tal-Marfa fil-majjistrall ta’ Malta, fuq ir-rih tal-port naturali kif ukoll jħares fuq is-sit ta nżul potenzjali fil-bajja tal-Mellieħa, u jgawdi l-veduta sabiħa ta’ Għawdex u Kemmuna. Din kienet il-forti ewlenijja fil-punent ta’ Malta, bi tletin suldat, munizzjon u provisti adegwati għall-assedju ta’ erbghin ġurnata.

It-torri baqa jkollu funzjoni militari fi żmien l-Ingliżi u baqa jservi tul iż-żewg gwerer dinjin. Minn żmien l-Ingliżi baqa jintuża bħala stazzjon tar-radar anke mill-forzi armati ta’ Malta.

Fl-aħħar tas-seklu għoxrin, it-torri ta’ Sant Agata kien jinsab fi stat ħażin ħafna. It-torri ġie restawrat minn Din l-Art Helwa bejn 1999 u 2001, bl-għajnuna ta’ sponsors industrijali. It-turretti kif ukoll il-ġnub ġew mibdula, il-ħitan, bejt u it-turġien ta’ ġewwa ġew mibnija mill-ġdid u miżbugħa. Illum it-torri għadu taht il-kura ta’ Din l-Art Helwa u huwa miftuh għall-publiku.

you're currently offline