Search

Manikata Chapel

MALTA – STORJA

Visual Tour

Virtual Tour

Location

Read About

Manikata Chapel

Tipika tal-irħula rurali żgħar, Manikata kellha knisja żgħira tagħha, peress li l-parroċċa tal-Mellieħa kienet wisq ‘il bogħod biex tilqa’ għall-obbligi reliġjużi tal-komunità tal-biedja. Kien lejn il-bidu tas-seklu 20, hekk kif il-komunità żgħira kompliet tiżdied, li ttieħdet deċiżjoni li jinġabru flus biex tinbena knisja żgħira. Il-knisja nbniet fl-1920, u kienet iddedikata lil San Ġużepp. Billi l-insedjament rurali ta’ Manikata kien jifforma parti minn diversi parroċċi oħra, l-Isqof ta’ Malta ta’ dak iż-żmien feda l-knisja f’idejn il-Patrijiet Franġiskani Konventwali, li kienu responsabbli mill-parroċċa ta’ San Pawl il-Baħar, li minnha kienet tagħmel parti minn Manikata.

Il-perit ta’ din l-ewwel knisja fil-Manikata mhux magħruf. Il-knisja hija tipika ta’ knejjes rurali żgħar li jistgħu jidhru madwar il-gżejjer kollha. Il-faċċata għandha bieb ċentrali b’żewġ twieqi żgħar fuq kull naħa biex id-devoti jkollhom il-possibilità li jagħmlu talb anke meta l-knisja tkun magħluqa għas-servizzi. Niċċa żgħira fil-parti ta’ fuq tal-faċċata, għandha statwa tal-ġebel ta’ San Ġużepp li jżomm lil Ġesù Bambin.

Minħabba l-popolazzjoni ta’ Manikata li dejjem qed tikber inbniet knisja akbar, li wasslet għall-abbandun eventwali tal-ewwel knisja. Ir-raħal kien elevat bhala parroċċa separata fl-1975.

you're currently offline